Le taħsbux li jien poeta
Jien ħlief numri ma naħdimx
Iżda kif se nirreżisti
Sabiex ġita ma nitlifx?
Reġgħet ġiet l-ispirazzjoni
Wara illi 'l Mundu rajt
B'dawk il-bużullotti kollha
Dlonk għal Nina w Doris tlajt!
Iżda x'jiswa Ray il-Bomba
Meta Nina hi murtal?
U xi ngħidu għal dik Doris
Iva mart Ċali l-kaħħal!
Iżda 'l dik l-iskola ejj' ara
Jekk qed taħsibha xi ġbara!
U għal Nina l-monti mur
Għal kull prezz tkun kaċċatur
Mela Dor, ġietni idea
Ħu dan is-suġġeriment
Daqs darba kull nhar ta' Ġimgha
Nagħmlu bħal dak Tour de Frank!
Mur arana kemm inwerżqu
Jaħsbuna grupp minn Kordin
U xi tgħid jekk insemmuhom
"Come Sightseeing with DorNin" ?
Ħudna dawra ma' dal-gżejjer
Nibdew fuq xi 'pedal boat'
Nina fuq quddiem ixxejjer
Basta lkoll nibqgħu afloat!
U insomma għada għidli
Għax inkella nibqa' ngħid!
Ajma x'ngħas diġà qabadni
Għal daqsxejn ma dħaltx fil-ħajt!
Thursday, November 15, 2007
Tikteb il-Marchesina!
Lil Nina u Doris ili nafhom sew
u issa ma’ kulħadd qed jissemmew,
daqqa l-bahar u daqqa max-xufier
inħoss li qed jgħadduha ħafna bil-ġmiel!
Mela la darba daħħluna kollha f'kompetizzjoni
din il-poeżija nipprova nikteb b'dedikazzjoni,
lil dawn il-ħbieb tiegħi li ili naf sew
u li issa anke fuq 'blog' qed jissemmew!

Issa Daqshekk! kitba ta' Nokkla Safra
X'waħda din kif ser tħawduni
B'dal-kitbiet ser iġġennuni
Rima w sillabi bl-addoċċ
U għal numru ma ssibx post.
U għalhekk nitlob lil Nina
Sabiex tqum tagħmlilna rima
B'xi statistika jew tnejn
Ħafna numri m'hemmx għalfejn.
W issa meta tmur il-monti
'K Alla jrid dalwaqt Jannar
Għoddhom sew ta l-flus kontanti!
Ewroċent hemm kbar u żgħar!
Nin tinsiex lil bużnannuk
Dak li kien fl-edukazzjoni
Dawk in-numri żgur farrkuh
U tellgħulu il-pressjoni.
Kien iħobb il-perfezzjoni
F'numri jaħseb lejl u nhar
Però Nina jiena naf
Li dik m'hijiex soluzzjoni.
Issa jien se nikkonkludi
Għax bla saħħa ħallejtuni
X'għarukaża erba' versi
Inħosshom moħħi nixxfuli
U għalhekk ngħid viva n-numri!
Wieħed, tnejn jew mitt miljun
B'Nina tgħodd u Doris tikteb,
Aħjar minn hekk, x'jista' jkun?
B'dal-kitbiet ser iġġennuni
Rima w sillabi bl-addoċċ
U għal numru ma ssibx post.
U għalhekk nitlob lil Nina
Sabiex tqum tagħmlilna rima
B'xi statistika jew tnejn
Ħafna numri m'hemmx għalfejn.
W issa meta tmur il-monti
'K Alla jrid dalwaqt Jannar
Għoddhom sew ta l-flus kontanti!
Ewroċent hemm kbar u żgħar!
Nin tinsiex lil bużnannuk
Dak li kien fl-edukazzjoni
Dawk in-numri żgur farrkuh
U tellgħulu il-pressjoni.
Kien iħobb il-perfezzjoni
F'numri jaħseb lejl u nhar
Però Nina jiena naf
Li dik m'hijiex soluzzjoni.
Issa jien se nikkonkludi
Għax bla saħħa ħallejtuni
X'għarukaża erba' versi
Inħosshom moħħi nixxfuli
U għalhekk ngħid viva n-numri!
Wieħed, tnejn jew mitt miljun
B'Nina tgħodd u Doris tikteb,
Aħjar minn hekk, x'jista' jkun?
Tuesday, November 13, 2007
Nina u Doris imorru l-baħar
Kien is-sajf ta' l-2007, meta Nina u Doris iddeċidew li huma wkoll, bħall-bqija tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, igawdu l-frisk tal-baħar, waqt li jgħidu kelma fuq it-temp, fuq il-ħajja u fuq ix-xemx għaddejja. Nina u Doris kienu jmorru armati. Mimlijin għarfien dwar il-ħsara li taf tagħmel ix-xemx, Doris kienet iġġorr magħha l-kamp; kamp li kienet ġabitu b'xejn meta xtrat tużżana birra Heineken u li xorbithom flimkien ma’ Nina fil-weekend tal-festa, bilqiegħda fuq siġġu fuq l-għatba tal-bieb jaraw il-marċ għaddej waqt il-festa għażiża tagħhom Santa Filomena. Il-birra tahom enerġija ġdida u f’qalbhom xtaqu li jingħaqdu ma’ dawk iż-żgħażagħ u jesprimu, fost il-qbiż u l-għajat, l-imħabba tagħhom lejn il-patruna li kienet tipproteġihom mill-għawġ kollu tad-dinja. Iżda minn dan ma ġara xejn. Riedu u kellhom bilfors iżommu d-dekor tagħhom u r-rispett li kienu jgawdu mill-kappillan. Ix-xewqa baqgħet biss f’qalbhom u f’għajnejhom u r-riħa tal-birra kienet biżżejjed biex iġġegħelhom jimmaġinaw li huma wkoll qegħdin f’nofs il-marċ.
Imma int qed taħseb li Nina u Doris joqogħdu jixtru l-birra? Le; kienet okkażjoni ta’ darba. Sempliċiment biex jiddubbaw il-kamp; għax Tereża ta’ ħdejhom kienet qaltilhom li mistagħġbin x’offerta tajba kienu qed joffru fis-supermarkit u mhux ta’ min jitlifha. U meta raw lil Tereża tgħabbi t-tfal fil-karozza u l-kamp fil-but ta’ wara, Doris iddeċidiet li kien wasal iż-żmien li jiċċaqalqu; imorru jġibu l-kamp u l-birra wkoll u jitilqulha lejn il-baħar jitbaħbħu ftit u fl-istess ħin jaraw min ikun hemm ħdejn il-baħar!
Iżda l-kamp waħdu mhux biżżejjed. Doris kienet iġġib ukoll : xugaman żejjed biex wara li tarma l-kamp tqiegħed ix-xugaman fuqu. Dan għaliex Malvejni, minn fuq ir-radju, kienet qalet li mhux imbilli toqgħod taħt xi għata fix-xemx. Ir-raġġi UV jgħaddu xorta waħda. Doris bdiet tinkwieta u ħasbet fuq li ħasbet, sakemm waslet għas-soluzzjoni. L-għata tarmaha xorta waħda u fuqha tqiegħed xugaman kbir li tqabbdu mal-kamp sabiħ tagħha. Mela kienet tieħu wkoll l-labar ta’ l-inxir. Iżda dan mhux biżżejjed. Doris kienet taħseb fil-kumdità. Żewġ saqqijiet irqaq sofor biex żgur ma jintilfux u li jitqiegħdu ġewwa l-kamp. Mhux sewwa li jkissru l-warrani hux ?! Gazzetta, Doris kienet iġġib ukoll il-gazzetta. L-ewwelnett riedu juru lil kulħadd li huma kienu nies aġġornati fil-ġrajjiet kurrenti ta’ barra u ta’ Malta, u wkoll biex juru kemm jafu jirrilassaw. Donnu l-fatt li meta żżomm gazzetta f’idek quddiem il-baħar tiftakar f’dawk kollha li ma setgħux ikunu l-baħar bħal Nina u Doris u allura l-gazzetta taf tagħti pjaċir. Imma gazzetta waħda u mhux tnejn! Fil-verità riedu jiċċekkjaw il-previżjoni tat-temp għall-ħamest ijiem ta’ wara, min miet, min iżżewweġ, min inqabad bid-drogi, x’qed jagħmel il-prim, u l-aktar importanti, x’qed juru fuq it-televixin!
Nina, wkoll kienet tiġi armata. Żewġ ħobżiet imħawrin kif kienet taf tagħmel Nina biss. Ħobża Maltija mħawra bit-tadam, ħabaq, tonn taż-żejt u l-aktar ingredjent importanti….il-fażola ħamra! Doris ma tantx kienet tieħu pjaċir imma kienet tapprezza li l-fażola hi importanti għad-dieta ta’ kuljum, bħalma kien qal it-tabib fuq ir-radju. Maż-żewġ ħobżiet, flixkun ilma kbir, għax il-bjutixin kienet qaltilha li trid tixrob ħafna u ħafna ilma. Nina xtaqet issaqsiha kemm trid tixrob ilma iżda sfortunatament il-bjutixin kienet fuq it-televixin u ma semgħethiex. Imma almenu kienet taf li l-ilma jagħmel tajjeb għall-ġilda u li meta tkun fix-xemx, importanti li tixrob ħafna. Iżda Nina, li hi mara li taf kif imorru l-affarijiet, ġabet ukoll żewġ tazzi u żewġ srievet żgħar bojod irrigati bl-aħmar, għax l-aħmar huwa l-kulur favorit tagħha, biex jimsħu ż-żejt li jibda jaqa' mill-ġenb ta' ħalqhom huma u jiftħu ħalq kbir biex jirnexxilhom jigdmu minn dik il-ħobża kbira ta’ Nina. Kienu konxji li jridu jidhru tajjeb, li jżommu d-dekor u li l-manjieri u l-edukazzjoni għandhom ikunu l-vetrina tagħhom it-tnejn, kif kien dejjem jgħidilhom il-kappillan u fuq kollox … għax ħeq ma tafx ma' min tista' tiltaqa' meta tkun qed tixxemmex ħdejn il-baħar!!!
Hekk kif Nina u Doris waslu Għajn Tuffieħa, armati sa ruħ ommhom, riedu jsibu parking eżatt ħdejn il-bajja. Stennew li kif iniżżlu saqajhom mal-qiegħa, iħossu r-ramel mas-swaba’ ta’ saqajhom. Iżda l-parker malajr għamillhom sinjal li post ma kienx hemm. Tista’ taħseb, it-tgergir ta’ Nina ma waqafx. Ilmarija santa issa fejn se nipparkjaw? Ara tipparkjax ‘il bogħod ta. Kif se nitilgħu t-telgħa mbagħad? Idħaqlu ftit ‘il parker forsi jsibilna post!
Imma kollu ta’ xejn. Doris telgħet ‘il fuq u avżat lil Nina li mhix se tħalli l-karozza fid-djuq u fil-periklu li ma jmorrux imissuhielha. U jekk se nibdew biż-żigużajg imorru lura lejn ir-raħal. U Nina kellha tikkuntenta b’li qaltilha Doris. Hekk kif niżlu n-niżla u raw il-bajja kollha ramel u l-baħar blu kalm quddiemhom ħassew għaxqa kbira. Waqfu jħarsu għal mument, sikta liema bħalha … Nina żżomm basket daqs dinja, bil-kappell roża ġo rasha, u Doris iżżomm basket daqs dinja f’id, u l-kamp fl-id l-oħra, it-tnejn jistennew li jtuha bir-ras għal ġol-baħar. It-tnejn kienu armati sewwa, bħal żewġ gladjaturi f’nofs arena lesti għat-taqbida. Doris u Nina, fi ġlieda kontra x-xemx u l-ġuħ, kienu lesti għal nofs ta’ nhar għawm u rilassament.
Kien wasal il-mument li jerħulha fuq ir-ramel u jsibu post adattat fejn jistabilixxu t-territorju tagħhom. Biċċa xogħol importanti ... għax dan kien se jfisser li jsibu l-post minn fejn Nina u Doris setgħu joqogħdu komdi jammiraw il-baħar u jevalwaw ix-xemx għaddejja. Jiġifieri riedu jagħmlu studju bir-reqqa ta’ fejn kienu qiegħdu l-affarijiet personali tagħhom l-għawwiema l-oħra biex imbagħad jaslu għall-konklużjoni tagħhom. Doris baqgħet tħares ma tafx x’se taqbad tagħmel u Nina erħitilha lejn it-taraġ li kien jagħti għal ġor-ramel. Doris imxiet warajha u ddeċidiet li tħalli f’idejn Nina. Niżlu t-taraġ u kif waslu fl-aħħar tarġa Nina qalet lil Doris biex tneħħi l-flip flop biex jimxu fuq ir-ramel. Doris f’qalbha ħasset id-determinazzjoni ta’ Nina u bħal donnha indunat li din Nina kienet taf fejn għandha tmur u fejn tqiegħed l-affarijiet.
Hekk kif niżlu saqajhom fir-ramel baqgħu niżlin xi ftit ‘l isfel. Tgħid għax forsi kien mgħobbijin iżżejjed? Iżda le...ir-ramel artab laqagħhom bil-ħlewwa u wriehom li bid-determinazzjoni kollha ta’ Nina, xorta kellhom jissieltu miegħu biex fl-inqas ħin possibli jaslu fil-post fejn riedu jarmaw il-kamp. Li kieku kellek tara lil Nina u Doris minn fuq xi ħelikopter, jimxu u jaqsmu l-bajja, kont tistħajjilhom żewġ pingwini mgħaġġlin.
Nina u Doris sabu roqgħa eżatt quddiem il-baħar. Doris li tħobb tinkwieta, qaltilha li l-ġurnata ta’ qabel, fuq ir-radju kienet semgħet li ħarġet liġi li ma tistax tarma eżatt eżatt quddiem il-baħar iżda xi ftit metri lura mit-tarf tar-ramel. Nina bdiet tonfoħ u taqleb għajnejha għax ma riditx li jkun hemm xi appostlu li jimbarralha l-veduta. U hawn kienet ser tibda l-ewwel ġlieda. “U jekk jiġi l-gwardjan tal-baħar u jqajjimna wara li nkunu armajna kollox, x’nagħmlu?” qaltilha Doris imħassba bl-akbar serjetà. U Nina għalqet ħalqha u resqet ftit lura. “Kemm lura? Ir-rutella jonqosna nġibu magħna! Taf kemm-il metru?” Doris ma kinitx taf għax bħas-soltu kienet tisma’ r-radju waqt li tkun qed taħsel il-kamra tal-banju u mhux dejjem taqbad kollox. “Minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea ħlief liġijiet ta’ x’suppost nagħmlu u x’mhux suppost nagħmlu ma nismax! Hekk jonqos issa...jiġi l-gwardjan tal-baħar! U jekk hu tal-baħar, x’nagħmel jien fuq ir-ramel mhix biċċa tiegħu!” qalet imbaqbqa Nina. U wara ħafna tgergir u spekulazzjonijiet, intefgħu daqs żewġ metri ‘l bogħod mit-tarf tar-ramel.
Kien wasal il-ħin ta’ l-armar tal-kamp. Dan il-kamp kien jintrama billi jgħaqqdu stikek suwed bil-ħadid fit-tarf ,bħal dawk li jużaw fil-maġija biex hekk jiffurmaw il-qafas u l-kamp ikun sod. Nina bdiet tgħaqqad l-istikek iż-żgħar filwaqt li Doris bdiet tgħaqqad il-kbira. B’daharha lejn Nina, Doris kienet mitlufa ddaħħal stikka f’oħra, meta f’ħin bla waqt laqtet lil Nina f’wiċċha. “Ar’hemm!” Tista’ taħseb x’għaġeb għamlet Nina! Kienet dabbret l-ewwel daqqa tal-ġurnata. Doris tgħidilha li ma messhiex qagħdet fin-nofs u Nina tgħidilha li messha toqgħod attenta fejn tarma l-istikka. Minn hawn u minn hemm ramaw il-kamp, daħħlu l-basktijiet ġewwa u firxu s-saqqijiet sofor li kienu jikkuntrastaw sabiħ mal-kamp aħdar. Doris talbet lil Nina tnewlilha l-labar ta’ l-inxir biex tqabbad ix-xugaman il-kbir mal-kamp fost ħafna tgergir li anke meta tmur il-baħar kienet tispiċċa tonxor xi biċċa ħwejjeġ.
Ferħanin u kuntenti bl-għorfa tagħhom, Nina u Doris intefgħu bilqiegħda ġewwa l-kamp qishom il-baqra u l-ħmara fil-grotta ta’ Betlem, iħarsu u jammiraw il-baħar li kien bnazzi żejt. Nina kellha ġenn biex tinżel u ċċafċaf tnejn f’dak il-baħar kalm li kien qed ifakkarha fil-pixxina li dejjem xtaqet li għamlet fil-ġnejna tagħha. Iżda Doris kien għad fadallha proċess ieħor x’tagħmel. Ħarġet il-krema tax-xemx u bdiet pass pass iddellek kull parti ta’ ġisimha li kienet esposta għax-xemx. Nina ma kellhiex sabar u Doris fakkritha x’kienet tgħid Malvejni fuq ir-radju. Nina malajr fakkritha li f’Sellili t-tabib qal li l-vitamina D nġibuha biss mix-xemx u allura daqsxejn xemx ma tagħmilx ħażin. Imma xejn ma kien se jikkonvinċi lil Doris. Kienet qed iddellek krema bi protezzjoni ‘l fuq minn 60 għax il-ġilda fina tagħha kienet sensittiva daqs dik ta’ tarbija. Malvejni kienet qalet ukoll li l-aħjar ma togħrokx ħafna l-krema sakemm ma tibqax tidher. Jekk tħalli dik il-lega bajdanija r-raġġi UV ma jippenetrawx u għalhekk il-kulur naturali tal-ġilda ma baqax jidher u Doris saret qisha l-fatat tal-bajja.
Kien wasal il-mument li jinżlu fil-baħar. Hekk kif rahom resqin lejh, il-baħar miskin twerwer. Il-bjudija tqażżek ta’ Doris u l-entużjażmu żejjed ta’ Nina kien biżżejjed biex jipprova jersaq ‘il bogħod minnhom kemm jista’ jkun. Iżda Nina u Doris rebħulu għax daħlu fih b’delikatezza liema bħalha. “Ajma kemm hu kiesaħ, Dor!”, “Ħallini ara għax f’qalbi qed inħossu” ... u wara ħafna tqanżiħ ta’ “aħħ” u “uħħ” niżlu fil-baħar. Ara taħsbu li Nina u Doris kienu xi għawwiema esperti. Din il-ħarġa sal-baħar kienet tfisser li dawn it-tnejn joqogħdu fil-baħar baxx fejn jilħqilhom u b’idejhom jagħmlu moviment ‘il barra fit-tond taparsi qed jagħmlu xi tip ta’ sforz għax qegħdin jgħumu. Madwar Doris iffurmat bħal lega żejt minħabba l-krema kollha li kienet xappet u Nina bdiet takkużaha li qed tniġġes il-baħar minħabba l-fissazzjoni tagħha.
Wara xi nofs siegħa jitkellmu u jħarsu lejn kull rokna tal-bajja, Nina u Doris iddejqu u xtaqu li jagħmlu xi ħaġa differenti minn tas-soltu. Ix-xewqa li jibqgħu jħossuhom żgħażagħ, ġegħlithom ikunu avventurużi u Nina ssuġġeriet li jikru dgħajsa tal-pedali u jmorru jesploraw il-bajja u l-inħawi tagħha. L-idea għoġbot lil Doris minnufih u rwelha lejn il-ħanut li kien jikri d-dgħajjes lin-nies. Kellhom ċans siegħa biex iduru fejn iridu. Avżahom biex joqogħdu attenti mill-kurrent għax jekk jinqabdu fih kien ikollu joħroġ għalihom. Iżda Doris kienet żguratu li dan ma kienx ser jiġri għax kienet tifhem ħafna fir-riħ u l-movimenti tiegħu.
U hekk, f’dak il-baħar sabiħ, Doris u Nina ħarġu jaqdfu bid-dgħajsa ‘l barra. Ħassewhom kburin u bdew jimmaġinaw li għandhom boat liema bħalha. Bdew jammiraw il-ġebel kbir u l-veġetazzjoni mal-ġenb tal-bajja. It-torri ta’ De Redin li kien fit-tarf fuq l-irdum ħares lejhom bi ħlewwa liema bħalha u bħal donnu kien qed iħarishom minn kull għawġ li setgħu jiltaqgħu miegħu. Wara kwarta għaddejjin, Doris u Nina bdew jegħjew iżda d-determinazzjoni li jesploraw l-inħawi kienet kbira wisq. Hekk kif waslu bi dritt it-torri, Nina ssuġġeriet li jduru ma’ l-irdum u jaraw xhemm fuq wara. Baqgħu għaddejjin qishom ħmar tas-sienja, jaqdfu, jaqdfu u jkomplu jaqfu, sakemm waslu f’parti oħra. Kien hemm blata kbira u ċatta maħruġa ‘l barra u fuqha xi nies. Mill-bogħod ma setgħux jaraw sew u Doris u Nina, ta’ kurjużi li huma, iddeċidew li jersqu aktar fil-qrib. Iżda hekk kif resqu ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom. Fuq din il-blata kien hemm qabda rġiel kollha bl-ingravata tidher. Nina qabbżet għajnejha ‘l barra biex taċċerta ruħha li rat sew. Iva l-ingravati kienu jidhru! Kien se jtiha ħass ħażin. Doris bdiet trodd is-slaleb u bdiet tgħid li din hi kollha indiċenza u ara fiex wasalna fis-seklu wieħed u għoxrin! “Doris tħarisx ta ... ara kieku jkun hawn il-kappillan kemm jitkaża bina!” “Ara l-oħra...mela aħna konna nafu li hawn din l-indiċenza kollha? Ġib il-mowbajl ħa nirrappurtawhom lill-pulizija!” “Ma tafx li l-mowbajl fil-basket qiegħed!” U ddeċidew li jmorru lura għax is-sħana tax-xemx bdiet tinħass sewwa u l-qatgħa li kellhom fuqhom kienet kbira wisq. Iżda sadattant kienet qamet żiffa ħelwa ‘l ġewwa lejn il-blata u mingħajr ma jafu Doris u Nina kienu resqin dejjem lejn il-blata. “Doris dawwar it-tmun ... ejja ħaffef ... għax ma jmurx il-kappillan ġie għal xi mixja biż-żgħażagħ u jarana hawn!” Hekk kif dawret it-tmun bdew jaqdfu u l-għeja kienet kbira wisq. F’daqqa waħda rrealizzaw bl-iżball li għamlu, li jkunu avventurużi żżejjed u li l-aħjar din ix-xewqa li jagħmluha ta’ sittax iżommuha f’qalbhom bħalma għamlu meta qagħdu jixorbu l-birra fuq l-għatba tal-bieb huma u jaraw il-marċ għaddej.
Minn hawn u minn hemm irnexxielhom jinqalgħu minn fejn kienu u wara ħafna tqanżiħ waslu bid-dgħajsa lejn il-bajja oriġinali fejn kienu. Hekk kif Nina niżlet saqajha fil-baħar biex titla’ għal fuq ir-ramel tħoss bħal tingiż f’kuxxtejha u tqiegħed idha fuqha. Brama żgħira kienet attirat ruħha lejn il-koxxa bajdanija ta’ Nina u din spiċċat vittma tagħha. Mhemmx għalfejn ngħidlek bl-għajat u l-qrid bl-uġigħ ta’ Nina. B’xorti tajba, Doris li kienet armata sewwa, qalet lil Nina li kienet ġabet magħha flixkun biż-żejt u tista’ tidlek minnu u Nina aktar irrabjat u qaltilha, “ħall kellek ġġib mela żejt! Din Malvejni qalithielek ukoll?!”
Hekk kif marru lura fil-kamp biex jistrieħu ftit u jirkupraw mill-esperjenza mhux tas-soltu li għaddew minnha, sabu li l-veduta li kellhom quddiem il-kamp ma baqgħetx hemm. Grupp ta’ studenti barranin kienu ntefgħu eżatt quddiemhom, uħud minnhom wiċċhom ‘l isfel u oħrajn wiċċhom ‘il fuq kollha mqaċċtin biex teħodhom ix-xemx. Nina daret lejn Doris u qaltilha, “Fejn hu l-gwardjan? Jew dawn jistgħu jiksruha l-liġi?! Mhux talli qegħdin eżatt mal-baħar, talli libsin indiċenti!!!” Doris ma qalet xejn. Ftit tal-ħin wara ġew żewġ turisti oħra li kienu avvanzati fl-età. Ir-raġel kalm kalm neża’ ħwejġu u Doris u Nina, kellhom joqogħdu jaraw in-nokkli bojod fuq sidru, żaqq maħruġa ‘l barra u malja żgħira li tħalli kollox spjegat. Nina u Doris tgħidx kemm tkażaw. Dan kien wisq għalihom u ddeċidew li jippakkjaw u jmorru lura d-dar. Hekk jew b’hekk kien wasal il-ħin li jibda Beautiful u Doris ma tkunx trid titilfu. Ftiehmu li jgħidu kollox lill-kappillan ħa jserrħu l-kuxjenza. Doris qalet li se ċċempel fuq radju RTK u tirrapporta li l-valuri llum il-ġurnata spiċċaw u li hemm bżonn li tittieħed azzjoni għax qegħdin f’ħalq id-dragun tal-ħażen. Nina qablet magħha u ddeċidiet li lill-kappillan tissuġġerilu biex tibda torganizza laqgħat għaż-żgħażagħ biex tbegħedhom mill-ħażen. Nina u Doris ippakkjaw kollox u rħewlha lura lejn il-karozza. Huma u jaqsmu l-bajja, ir-ramel reġa’ għamilhielhom diffiċli biex joħorġu malajr kemm jista’ jkun minn hemm. Nina u Doris kienu bħal żewġ pingwini għajjiena.

Fuq il-Monti ta’ Marsaxlokk
Nina u Doris kienu sikwit joħorġu u kellhom ħabta jduru l-postijiet fejn jarma l-monti. Daqqa l-Mosta, daqqa B’Kara, daqqa Bormla u daqqa l-Belt. Dik l-atmosfera ta’ trassis, tgerfix u ffullar kienet togħġobhom wisq. Dan għaliex Nina kellha ħabta taf kif tikkustinja mal-bejjiegħa, b’tali mod li fl-aħħar meta jaraw li din il-mara kienet qabdet mal-bejgħa tagħhom bħal qarnita jiddeċiedu li jraħħsulha ftit u Nina titlaq minn hemm bi tbissima daqsiex fuq fommha filwaqt li terġa’ tibda tgħarrex b’għajnejha biex tara jogħġobhiex xi ħaġa oħra u tlesti d-dwiefer għall-vittma li jmiss. Doris kienet takkumpanjaha. Ma kellhiex il-ħila li kellha Nina iżda f’qalbha kienet iddeċidiet li Nina kellha tkun l-eżempju tagħha u ssegwiha biex xi darba ssir tinqala’ fis-sengħa tax-xiri bi skontijiet speċjali.
Jum fost l-oħrajn Nina u Doris kienu miftiehmin biex jinżlu sal-monti ta’ Marsaxlokk. Mistagħġbin kemm ikun hemm ħut sabiħ u frisk; u qalu wkoll li jkun għadu ħaj, hemm għall-wiri, kollha jħarsu lejn ix-xerrejja u kultant ikellmuhom ukoll. Nina u Doris ftiehmu li l-ewwel jiltaqgħu l-Belt. Eżatt eżatt ħdejn il-gabbana tal-ħalib. Fl-imgħoddi, f’żgħożithom kienu jsejħulha ż-żejża klabb iżda issa li t-tnejn huma ta’ ċertu livell, mingħajr ma ftiehmu bejniethom iddeċidew li jibdew isejħulha l-gabbana tal-ħalib u Nina darba minnhom ħarbitilha wkoll milk vann iżda malajr għalqet ħalqha xħin rat il-ħarsa ta’ Mikiel riflessa f’għajnejn Doris. U hekk, fit-tmienja u nofs Nina kienet tinsab wieqfa qisha arblu eżatt quddiem il-gabbana. Għal min ma kienx jafha kien jistħajjilha qed tbigħ il-ħalib hi stess għax intefgħet eżatt fin-nofs tal-faċċata tiegħu. Idejha marbutin u minn bejniethom, ħiereġ laġenba tara nieżel il-manku ta’ ġewlaq kbir. Iżda Nina ma kinetx qed tbigħ ħalib ... kienet sejra sal-monti ta’ Marsaxlokk. Għajnejha kienu diġà ħadu l-qagħda ta’ għarriexa tajba lesta biex tilmaħ l-ewwel vittma. Filfatt din il-vittma kellha tkun Doris. Għax Doris kull fejn tmur dejjem tard u Nina dejjem tistenna. Dejjem bl-istess qagħda, b’idejha marbutin, b’ħarsa ta’ xi ħadd li xeba’ jistenna, b’xofftejn mibrumin ‘il ġewwa u ċaqliqa żgħira fis-sieq ix-xellugija bħal qisu hemm xi molla fil-pett taż-żarbun. Din il-qagħda kienet turi biss li Nina qabżitilha.
Fid-9 neqsin kwart tfaċċat Doris nieżla minn waħda mill-karozzi tal-linja. Nina lemħitha mill-bogħod u idejha niżlu 'l isfel lesti biex jixxejru bħal mitħna hekk kif tersaq Doris lejha. Doris ħeffet lejn il-gabbana u hekk kif resqet lejn Nina, qaltilha, “Ejja Nin ħaffef x’int tistenna hemm...ejja ħa naqbdu t-27 għax jekk nitilfuha jkollna nistennew xi nofs siegħa oħra!” U x-xoffa ta’ taħt ta’ Nina waqgħet 'l isfel u b’ħalqha miftuħ segwiet lil Doris li kienet diġà bdiet tlebbet lejn il-karozza tal-linja. Li kieku kellek tara lil Nina u Doris...is-suldat miexi wara l-kapural. Mhux għax Doris għandha figura ta’ kapural, iżda għax Doris kienet taf sewwa lill-president ta’ l-unjin tas-sidien tal-karozzi tal-linja u allura fil-qasam tat-trasport pubbliku kienet tħossha kunfidenti. Ħafna mix-xufiera kienu jafuha u allura, minkejja li kellhom karozza privata, meta kienu jiftiehmu li jmorru l-monti, Doris kienet tisħaqq ma’ Nina li kellhom imorru bil-karozza tal-linja, għax taf lil Ċalì ta’ l-unjin.
It-27 kienet qiegħda hemm tistenna, iżda hekk kif kienu qed joqorbu lejha Doris u Nina, bħal donnha twerwret minnhom u bdiet miexja bil-mod. Doris qabdet tiġri u tgħajjat, “OJ OJ xufier! Stenniena....!” Ix-xufier waqqfilhom u Doris u Nina telgħu, it-tnejn b’nifishom maqtugħ, it-tnejn qishom ħadu l-battikata tas-sena. Hekk kif ħallsu u qatgħu l-biljett taw ħarsa lejn is-sits u raw li kollha kienu meħudin. Ma kellhomx aptit jagħmlu vjaġġ mdendlin mal-manku tal-ġilda tas-saqaf jixxenglu ‘l hawn u’l hemm bħal tnejn fis-sakra ma’ kull brejk u ma’ kull dawra. Kien hemm post eżatt ħdejn ix-xufier. Iddeċidew li aħjar jintefgħu hemm u jitolbu li jaslu bis-sliema. Ix-xufier laħaq beda jsuq u l-iskoss li ta kien biżżejjed biex itiru minn fejn kienu u jpoġġu fuq il-bank dejjaq faċċata tax-xufier. Nina qiegħdet il-ġewlaq fil-ftit post li kien għad fadal ħdejha. Kienu bilqiegħda laġenba u bejnhom u bejn ix-xufier kien hemm il-magna kbira mgħottija bil-ħadid tal-karozza tal-linja. Raddew is-salib u ħarsu lejn xulxin biex jaqbdu l-parlata tas-soltu iżda bil-ħsejjes tal-magna kien diffiċli jitkellmu b’vuċi normali. Għal Nina din ma kinitx problema għax bdiet tinstema’ xorta waħda tant li attirat l-attenzjoni tax-xufier.
Dan ix-xufier kien jidher li kellu burdata tajba. Liebes qmis blu bl-ewwel tliet buttuni miftuħin u s-suf ta’ sidru ħiereġ ‘il barra bħal erba’ ħaxixiet salvaġġi. Madwar għonqu katina ħoxna tad-deheb, b’salib li kien isib ruħu komdu eżatt fuq is-suf. Misluta fi forma ta’ qrun tad-deheb ma’ widintu x-xellugija, leħja ta’ ħamest ijiem u x-xedaq tiela’ u nieżel b’chewing gum roża li ġieli tisponta ‘l barra minn bejn ix-xufftejn. Nuċċali tax-xemx tar-ray ban li ma tarax fejn huma għajnejh. Il-kmiem tal-qmis mgħollija ‘l fuq biex tidher it-tatù fuq l-ispalla tax-xellug, li kienet tiġi eżatt faċċata ta’ Nina u Doris, b’wiċċ ir-redentur iħares lejhom bħal donnu qed jitlob bil-ħniena lil dawn iż-żewġ nisa biex jeħilsuh minn fejn kien. Il-dash board tal-karozza tal-linja kienet qisha santwarju. Mimlija santi tal-mejtin, tad-duluri u l-qalb ta’ Ġesù. Kien hemm ukoll plakka tgħid “ID-DAGĦA JBAXXIK...TIDGĦIX!” Fid-daqqa u l-ħin ix-xufier jieħu skoss u jiftaħ ħalqu: “Ar’hemm xiż-ż....... tut tut tut!” beda jgħajjat minn wara r-rota. Nina u Doris baqgħu mnixxfin jaraw lil dan ix-xufier iħanġar ma’ sewwieqa ta’ karozza żgħira li kienet qabżitu. Fil-pront dar fuq Nina u Doris u qal, “xejn... illum il-ġurnata kulħadd isuq kif irid! Kulħadd ala bieb it-tut tut tut!” Nina u Doris għamlu sinjal ta’ approvazzjoni imma ma felħux jitkellmu. Id-dragun tal-ħażen reġa’ beda jiddi f’dan ix-xufier u għalxejn ħassewhom aħjar wara li kienu kellmu lill-kappillan dwar l-indiċenzi li kienu raw meta marru jgħumu. Issa kienu sabu lil dan l-appostlu li kellhom joqogħodu jisimgħuh jitkellem baxx. Nina f’qalbha bdiet tirrabja għax kienet semgħet minn Doris biex jużaw it-trasport pubbliku. “Tafu lil dan?” staqsiet lil Doris u l-oħra għamlet sinjal li le. “Jien lil Ċalì ta’ l-unjin l-aktar li naf ħi” Hawn qabeż lix-xufier, “X’naqra lajf għandna dalgħodu!” u Nina qabżet għajnejha ‘l barra eżatt kif għamlet meta rat l-irġiel bl-ingravata barra. “Sejrin sal-monti jew?” Nina għamlitlu sinjal li iva. “Minn dan-naħiet intom jew?” u Nina u Doris bdew iħossu demmhom tiela’ għal rashom. Is-sħana u l-vibrazzjoni tal-magna bdiet iddejjaqhom ma’ saqajhom. Biex tgħaxxaqha fl-art, bejn il-magna u l-bank fejn kienu bilqiegħda Doris u Nina kien hemm barmil u mal-ġenb kien hemm mopp. Ma’ kull skoss qawwi saqajn Nina kienu jispiċċaw fil-barmil u Doris ikollha żżomm mal-mopp. Tul il-vjaġġ kollu l-unika xena li kellhom quddiemhom kien ix-xufier jitkellem ħażin u kultant iħares lejhom b’ħarsa li turi li kellu bżonn jgħid kelma ma’ xi ħadd anke jekk jgħidha bl-għeruq u x-xniexel.
Hekk kif waslu Marsaxklokk baqgħu sejrin dritt lejn il-knisja. Intefgħu bilqiegħda u ħarġu l-kuruna tar-rużarju. Qalu posta flimkien u fl-istess ħin bdew iħossuhom jirkupraw minn dak il-vjaġġ qalil f’kull sens. Is-seklu wieħed u għoxrin bdew iħossuh ġdid wisq għall-gosti tagħhom. Hekk kif lestew ħassewhom aħjar, noddfa u ppurifikati u għalhekk erħewlha lejn il-monti. Il-ġewlaq ta’ Nina fuq quddiem, b’Nina ssegwi u Doris wara. Kien hemm minn kollox...pjanti, żraben, ħwejjeġ, ħut, ġugarelli, kartolini, dekorazzjonijiet tal-Milied, ġriewi, aċċessorji tan-nisa u bjankerija! Iva...Nina u Doris ftakru li kellhom bżonn jixtru l-qliezet ta’ taħt u hekk kif raw kantuniera mimlija bjankerija ta’ fuq u ta’ taħt waqfu hemm. U hawn ukoll kien hemm il-panties, għax hekk issejħilhom Nina akkumpanjata bil-ħarsa kerha ta’ Doris. Nina u Doris bdew jitfixklu. Panties kull kulur, ta’ kull daqs u qies, ta’ kull materjal, ileqqu, jiżolqu, bit-tikki ħoxnin u rqaq, tal-bizzilla u kien hemm uħud minnhom li Nina u Doris ma kinux jafu kif setgħu jintlibsu. “Ħamsa lira Sinjura!” qallha l-bejjiegħ. Nina bdiet ġejja f’diffikultà. L-ewwel nett bdiet tistħi ssaqsi lill-bejjiegħ, li kien raġel, x’tip ta’ panties kienu dawk li kienet qed iżżomm f’idejha. Il-materjal tant kemm kien żgħir li bilkemm kienet tgħatti l-pala ta’ idha, aħseb u ara kemm kienet ħa tgħatti l-warrani! It-tieni nett hi ma riditx minn dawn imma panties kbar u komdi! Doris għamlet il-kuraġġ u qaltlu, “aħna mhux minn dawn irridu ħi...aktar sempliċi jekk jogħġbok, kulur komuni, aktar kbar u komdi.” “iiii sinjura, ara għandi minn dawn...għaxra lira!” u minn taħt il-bank ħareġ sett b’kull qalziet ta’ taħt kbir biżżejjed li tlibbsu lil iljunfant. Hawn Nina tmasħnet, “int x’qed taħsibni! Xi ljunfant?!” U bil-fixla li qabdithom telqu ‘l hemm. Għal darba Nina ma ħarġitx rebbieħa mal-bejjiegħ.
Kif tista’ tmur il-monti ta’ Marsaxlokk u ma tixtrix il-ħut? Nina riedet tmur fil-biċċa fejn ibigħu l-ħut. Lebbtu lejn il-biċċa tal-bidu u hekk kif waslu laqgħethom riħa taqsam ta’ ħut. Hawn wiċċ Doris beda jbiddel surtu u Nina qaltilha biex tissaporti ftit għax trid tixtri ftit lampuki ħalli tagħmel torta kif taf tagħmel biss hi. F’kemm ili ngħidlek xtrat erba’ lampukiet imdaqqsin u reġgħu telqu jduru n-naħa l-oħra. Waslu f’biċċa fejn kienu qed ibigħu l-ħwejjeġ. Kien hemm ħafna flokkijiet mitfugħin bl-addoċċ f’tilliera kbira ta’ l-injam. Doris u Nina taru lejn il-ħwejjeġ u t-tnejn bdew iqallbu kemm jifilħu. Għall-ewwel kienu ‘l bogħod minn xulxin. Doris in-naħa tal-lemin u Nina n-naħa tax-xellug. Bil-mod il-mod bdew resqin lejn xulxin fit-taqlib li bdew jagħmlu. Stajt tara flokkijiet itiru minn fuq rashom lejn il-ġenb dejjem bi stennija li jsibu wieħed li jogħġobhom. Għajnejn Doris waqgħu fuq flokk li kellu kulur aħmar sabiħ u din qabdithom min-naħa tal-lemin iżda ma setgħetx tiġbdu lejha. Min-naħa l-oħra Nina kien għoġobha l-istess kulur u l-istess flokk u din kienet qabditu mix-xellug. It-tnejn sabu ruħhom fejn xulxin, wiċċ imb’wiċċ, it-tnejn iħarsu lejn xulxin b’ħarsa li kienet turi biċ-ċar li t-tnejn kienu fl-aħħar sabu l-flokk li għoġobhom u li riduh. Il-bejjiegħ beda jinkwieta għax kien għoddhom se jqattgħu l-flokk u fil-pront qalilhom, “Sinjuri, jekk tqattgħuh ikollkom tħallsu.” Il-kliem tal-bejjiegħ ġabhom f’sensihom u Doris qaltlu bil-ħlewwa kollha biex isib il-qies ta’ dak l-istess flokk għas-sinjura Nina għax kien għoġobha. Nina rħiet il-flokk minn idejha u tbissmet. Iżda l-bejjiegħ, wara ħafna tiftix qallha li dak kien l-aħħar flokk li kellu u Nina daret lejn Doris. L-oħra qaltilha li ladarba ħalliet il-flokk minn idejha issa ma tistax tippretendi li hu tagħha. Nina ħadet għaliha bil-kbir u telqet ‘l hemm. Doris ħalliet il-flokk hemm u telqet tiġri wara Nina. “Ejja ħa mmorru nieħdu kafè Nin...inħallas jien!”
Iżda Nina qalet li kellha aktar fejn iddur u li jmorru jieħdu kafè meta jaqbadha l-aptit hi u li xebgħet tagħmel dak li tgħidilha hi. Doris bdiet teqred li qed juġagħha daharha u Nina teqred li l-qrid jeqridha. U għalhekk iddeċidew li jmorru jieħdu kafè xi mkien ħalli jiġu f’tagħhom it-tnejn.
Il-kafè marru jeħduh fil-każin tal-banda ta’ Marsaxlokk. Hemm biss sabu miftuħ. Daħlu ġewwa qalb id-duħħan tas-sigaretti. Il-każin kien mimli rġiel, jixorbu l-wiski u jikkumentaw fuq il-qagħda tal-pajjiż. Nina u Doris intefgħu fuq żewġ siġġijiet ħomor tal-ħadid u qagħdu jixorbu l-kafè fil-kwiet. Sadattant il-lampuki ta’ Nina bdew irewħu u Doris bdiet iddejjaqha r-riħa. “Mhux aħjar tiddejjaq mir-riħa tas-sigaretti?!” weġbitha sħuna sħuna Nina. “Ara ma jfettillekx terġa’ tgħidli biex immorru fuq il-monti!” F’daqqa waħda indunaw li l-ħars ta’ l-irġiel kienu kollha fuqhom u ħallsu malajr u telqu jiġru ‘l barra. Ħassewhom jistħu u ftakru fi kliem il-kappillan dwar id-dekor, id-diċenza u l-imġiba xierqa.
Iddeċidew li jmorru lura lejn id-dar. Intefgħu fuq l-istejġ u wara ftit reġgħu raw ix-xufier li kienu waslu miegħu bil-karozza qadima tiegħu. Hekk kif Nina telgħet u resqet lejn ix-xufier biex tħallsu, dan baqa’ jħares lejha u f’daqqa waħda sploda, “għax ma tiħux dawk it-tut tut tut ta’ ħut ‘il barra minn din it-tut tut tut ta’ karozza tal-linja!” Il-ħars kollha tal-passiġġieri waqgħu fuq Nina u Doris. Nina b’ħalqha miftuħ u b’għajnejha mdemmgħin. Doris ħassitha rrabjata għax kien kiser lil Nina b’dak il-mod. “Int hekk tkellimhom lin-nies? Ma jmissekx tistħi! Taf li aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea u jmissek iġġib ruħek ta’ nies ma’ kulħadd! Issa nirrappurtak lil Ċalì ta’ l-unjin tagħkom u ngħidlu b’dal-kliem baxx u kemm int arroganti...u tibżax aħna stess ħa ninżlu minn fuq tal-linja għax ma rridux nirkbu miegħek!” “U morru tut tut tut tut tut!!!!”
U Doris u Nina spiċċaw bilqiegħda fuq il-bank ta’ l-istejġ. Nina b’xokk kbir fuqha u mmasħna aktar minn qabel. Kellhom bżonn jikkalmaw u għalhekk reġgħu daħlu l-każin u din id-darba ordnaw te. Nina wriet l-apprezzament lejn Doris għall-mod kif kienet qabżet għaliha u ftiehmu li d-darba ta’ wara jmorru l-monti ta’ B’Kara u lejn Marsaxlokk ma jersqux. Ftiehmu li filgħaxija jmorru jkellmu lill-kappillan ħalli jorganizzaw lejla ta’ talba għall-erwieħ mitlufa. Nina ċemplet lir-raġel u niżżlitu Marsaxlokk għalihom għax qaltlu li ġratilhom waħda tinkiteb u li fuqhom kellhom xokk kbir. Ir-raġel ta’ Nina kellu joqgħod bil-qrid ta’ Nina u Doris u fuq kollox ir-riħa taqsam tal-lampuki. “Issa tara x’torta nagħmillek ħanini!”

Monday, November 12, 2007
Min huma Nina u Doris?
Nina
Xieraq li qabel tibda taqra fuq l-avventuri ta’ dawn it-tnejn, tkun taf ftit xi ħaġa dwarhom. Nina u Doris huma żewġ għalliema fi skola remota, ġo raħal remot u għalhekk it-tnejn iħossuhom remoti iżda t-tnejn għandhom għal qalbhom it-tagħlim ta’ l-imsieken vittmi tagħhom.
Il-bużbużbużbużnannu ta’ Nina kien id-direttur ta’ l-edukazzjoni. Tistgħu timmaġinaw kemm qed immorru lura fiż-żmien. Id-direttur ta’ Nina, is-Sur Ninu Cacciattolo Demajo, kien jemmen fil-futur ta’ ulied uliedu u għalhekk iddedika ħajtu f’uffiċċju jistudja statistika kontra statistika biex jara kif se jtejjeb il-livell ta’ ħutu l-Maltin. Iżda tant ra statistiċi li beda jara kollox numri. Hekka wara ġurnata xogħol, kif imur id-dar lil martu kien ikellimha permezz tan-numri. Kemm qed inħossni minus illum Helen hi! Hekk kien jgħidilha. Għax fil-verità qatt ma seta’ jsib dik it-tweġiba għall-mistoqsija li kienet iddurlu f’moħħu kull lejl u kull nhar. U din it-tweġiba saritlu torment kbir sakemm fl-aħħar inqatgħetlu vina u sabuh fl-uffiċċju bl-istatistiċi f’idejh. Hekk minn ġenerazzjoni għall-oħra n-numri baqgħu jiġru wara l-familja Cacciattolo Demajo sakemm twieldet Nina. L-ewwel kelma li ħarġet minn fommha kienet “p” u mhux “ma” kif jagħmlu s-soltu t-tfal. Kulħadd beda jaħseb x’riedet tgħid Nina u wara ħafna tqanżiħ u qbiż Nina qalet “plus, minus, division u multiply”. Kulħadd baqa’ jħares lejha jaħsbu x’riedet tgħid biha. Kull meta kienu jtuha karta biex tpinġi xi ħaġa kienet tispiċċa tpinġi xi figura li fl-aħħar tifforma ruħha f’numru. Għalhekk ma għamlulha quċċija xejn u birkuha bħala l-istudjuża futura tal-matematika. Imma flok studjuża saret għalliema. Nina Cacciatolo Demajo għażlet il-vokazzjoni bħala triqtha għax ħasbet li flok tingħalaq f’uffiċċju bħalma għamel l-antenat tagħha, l-aħjar li tinvesti fil-futur u n-numri jibqgħu jgħixu żgur.
Fil-ħin liberu tagħha, Nina tħobb tara numru ta’ programmi fuq it-televixin speċjalment soap operas. Tempesta d’Amore, Dejjem Tiegħek Becky, Beautiful, Uomini e Donne, Ciao Darwin, Tgħanniqa, Għeruq, Arani Issa, Xarabank… u lista twila li ma tispiċċa qatt. Filfatt, Nina għandha televixin f’kull kamra tad-dar biex żgur ma titlef xejn. Nina hi mara ferriħija, bieżla u simpatika.
Doris
Il-bużbużbużbużbużbużnannu ta’ Doris kien jemmen fil-potenzjal tal-poplu Malti. Kien jara lill-ħakkiema barranin jabbużaw mill-Maltin u kien jirrabja ħafna. Mikiel, għax hekk kien jismu, kien jemmen ukoll fl-ilsien Malti u kull meta kien jisma’ ż-Żebbuġin jitkellmu kien iqajjem par widnejn daqsiex u josserva t-taħdit tagħhom sakemm wasal għall-konklużjoni li dak hu l-Malti safi u li għandu jiġġieled biex il-Maltin jiksbu l-indipendenza. Iżda Mikiel miskin kien sfortunat. Beda jaħdem biex iġib lil Napuljun hawn Malta u rnexxielu. Mikiel saħansitra ltaqa’ ma’ Napuljun di persona u ħass kburija liema bħalha. Kburija lejn l-identità tiegħu u hekk kompla jsaħħaħ il-bżonn li l-Maltin ikunu Maltin ta’ veru. Iżda meta tkeċċew il-Franċiżi, Mikiel spiċċa l-ħabs u maħqur minn ħutu l-Maltin stess. Illum, il-bużbużbużbużbużnannu ta’ Doris jinsab bilqiegħda fin-nofs ta’ rawndebawt quddiem l-arkata ta’ Ħaż-Żebbuġ, bil-ktajjen ma’ saqajh iżda bil-bandiera maġenbu. U hekk Doris Psaila Vassalli wirtet din il-kburija ta’ l-antenat tagħha u kultant anke hi tħoss il-ktajjen ma’ saqajha. Min-naħa ta’ missierha tiġi minn Mikiel u min-naħa t’ommha tiġi minn Carmelo li kien qassis kbir f’Malta. Filfatt dan il-qassis kien żewweġ lil ommha u talab lill-Mulej biex itiha frott Malti pur. Meta għamlulha l-quċċija għażlet il-maktur ħamrani li kien hemm fl-art u mill-ewwel bdiet tħoss ġibda lejn dak kollu li hu Malti. L-ewwel kelma tagħha filfatt kienet “ma”. Tgħidx kemm ferħet ommha meta semgħetha tgħidha…iżda dlonk intebħet li ma kinitx qed tirreferi għaliha. Ta’ tliet snin kienet diġà qed taqra l-poeżiji taz-ziju t’ommha u kulħadd ħaseb li din Doris kienet ser tkun studjuża ta’ l-ilsien Malti. Iżda flok tingħalaq f’uffiċċju tistudja mal-kbarat tal-Malti, Doris għażlet il-vokazzjoni għax riedet tassigura l-futur tal-Malti. U hekk daħlet tgħallem fi skola remota fejn kemm-il darba tħossha bħall-antenat tagħha Mikiel, tiġġieled għal dak li hu Malti.
Fil-ħin liberu tagħha, Doris bħal Nina wkoll tħobb tara t-televixin. L-aktar programm għal qalbha huwa Beautiful li ma titilfu qatt. Tintilef quddiem il-kaxxa u tinkwetawx, minkejja li hu bit-Taljan, Doris xorta tifhmu; anzi saħansitra tibda teqleb f’moħħha dak li qed tisma’ bit-Taljan għall-Malti.
Doris hi mara bieżla, serja iżda simpatika wkoll.
Tajjeb li tkun taf li Doris u Nina jiġu minn xulxin mill-bogħod. Iz-zija ta’ oħt il-mara taz-ziju tas-Sur Ninu Cacciatolo Demajo kienet it-terza kuġina tal-kunjata ta’ ħu l-mara ta’ Mikiel…xi ħaġa hekk…
Subscribe to:
Comments (Atom)