Nina
Xieraq li qabel tibda taqra fuq l-avventuri ta’ dawn it-tnejn, tkun taf ftit xi ħaġa dwarhom. Nina u Doris huma żewġ għalliema fi skola remota, ġo raħal remot u għalhekk it-tnejn iħossuhom remoti iżda t-tnejn għandhom għal qalbhom it-tagħlim ta’ l-imsieken vittmi tagħhom.
Il-bużbużbużbużnannu ta’ Nina kien id-direttur ta’ l-edukazzjoni. Tistgħu timmaġinaw kemm qed immorru lura fiż-żmien. Id-direttur ta’ Nina, is-Sur Ninu Cacciattolo Demajo, kien jemmen fil-futur ta’ ulied uliedu u għalhekk iddedika ħajtu f’uffiċċju jistudja statistika kontra statistika biex jara kif se jtejjeb il-livell ta’ ħutu l-Maltin. Iżda tant ra statistiċi li beda jara kollox numri. Hekka wara ġurnata xogħol, kif imur id-dar lil martu kien ikellimha permezz tan-numri. Kemm qed inħossni minus illum Helen hi! Hekk kien jgħidilha. Għax fil-verità qatt ma seta’ jsib dik it-tweġiba għall-mistoqsija li kienet iddurlu f’moħħu kull lejl u kull nhar. U din it-tweġiba saritlu torment kbir sakemm fl-aħħar inqatgħetlu vina u sabuh fl-uffiċċju bl-istatistiċi f’idejh. Hekk minn ġenerazzjoni għall-oħra n-numri baqgħu jiġru wara l-familja Cacciattolo Demajo sakemm twieldet Nina. L-ewwel kelma li ħarġet minn fommha kienet “p” u mhux “ma” kif jagħmlu s-soltu t-tfal. Kulħadd beda jaħseb x’riedet tgħid Nina u wara ħafna tqanżiħ u qbiż Nina qalet “plus, minus, division u multiply”. Kulħadd baqa’ jħares lejha jaħsbu x’riedet tgħid biha. Kull meta kienu jtuha karta biex tpinġi xi ħaġa kienet tispiċċa tpinġi xi figura li fl-aħħar tifforma ruħha f’numru. Għalhekk ma għamlulha quċċija xejn u birkuha bħala l-istudjuża futura tal-matematika. Imma flok studjuża saret għalliema. Nina Cacciatolo Demajo għażlet il-vokazzjoni bħala triqtha għax ħasbet li flok tingħalaq f’uffiċċju bħalma għamel l-antenat tagħha, l-aħjar li tinvesti fil-futur u n-numri jibqgħu jgħixu żgur.
Fil-ħin liberu tagħha, Nina tħobb tara numru ta’ programmi fuq it-televixin speċjalment soap operas. Tempesta d’Amore, Dejjem Tiegħek Becky, Beautiful, Uomini e Donne, Ciao Darwin, Tgħanniqa, Għeruq, Arani Issa, Xarabank… u lista twila li ma tispiċċa qatt. Filfatt, Nina għandha televixin f’kull kamra tad-dar biex żgur ma titlef xejn. Nina hi mara ferriħija, bieżla u simpatika.
Doris
Il-bużbużbużbużbużbużnannu ta’ Doris kien jemmen fil-potenzjal tal-poplu Malti. Kien jara lill-ħakkiema barranin jabbużaw mill-Maltin u kien jirrabja ħafna. Mikiel, għax hekk kien jismu, kien jemmen ukoll fl-ilsien Malti u kull meta kien jisma’ ż-Żebbuġin jitkellmu kien iqajjem par widnejn daqsiex u josserva t-taħdit tagħhom sakemm wasal għall-konklużjoni li dak hu l-Malti safi u li għandu jiġġieled biex il-Maltin jiksbu l-indipendenza. Iżda Mikiel miskin kien sfortunat. Beda jaħdem biex iġib lil Napuljun hawn Malta u rnexxielu. Mikiel saħansitra ltaqa’ ma’ Napuljun di persona u ħass kburija liema bħalha. Kburija lejn l-identità tiegħu u hekk kompla jsaħħaħ il-bżonn li l-Maltin ikunu Maltin ta’ veru. Iżda meta tkeċċew il-Franċiżi, Mikiel spiċċa l-ħabs u maħqur minn ħutu l-Maltin stess. Illum, il-bużbużbużbużbużnannu ta’ Doris jinsab bilqiegħda fin-nofs ta’ rawndebawt quddiem l-arkata ta’ Ħaż-Żebbuġ, bil-ktajjen ma’ saqajh iżda bil-bandiera maġenbu. U hekk Doris Psaila Vassalli wirtet din il-kburija ta’ l-antenat tagħha u kultant anke hi tħoss il-ktajjen ma’ saqajha. Min-naħa ta’ missierha tiġi minn Mikiel u min-naħa t’ommha tiġi minn Carmelo li kien qassis kbir f’Malta. Filfatt dan il-qassis kien żewweġ lil ommha u talab lill-Mulej biex itiha frott Malti pur. Meta għamlulha l-quċċija għażlet il-maktur ħamrani li kien hemm fl-art u mill-ewwel bdiet tħoss ġibda lejn dak kollu li hu Malti. L-ewwel kelma tagħha filfatt kienet “ma”. Tgħidx kemm ferħet ommha meta semgħetha tgħidha…iżda dlonk intebħet li ma kinitx qed tirreferi għaliha. Ta’ tliet snin kienet diġà qed taqra l-poeżiji taz-ziju t’ommha u kulħadd ħaseb li din Doris kienet ser tkun studjuża ta’ l-ilsien Malti. Iżda flok tingħalaq f’uffiċċju tistudja mal-kbarat tal-Malti, Doris għażlet il-vokazzjoni għax riedet tassigura l-futur tal-Malti. U hekk daħlet tgħallem fi skola remota fejn kemm-il darba tħossha bħall-antenat tagħha Mikiel, tiġġieled għal dak li hu Malti.
Fil-ħin liberu tagħha, Doris bħal Nina wkoll tħobb tara t-televixin. L-aktar programm għal qalbha huwa Beautiful li ma titilfu qatt. Tintilef quddiem il-kaxxa u tinkwetawx, minkejja li hu bit-Taljan, Doris xorta tifhmu; anzi saħansitra tibda teqleb f’moħħha dak li qed tisma’ bit-Taljan għall-Malti.
Doris hi mara bieżla, serja iżda simpatika wkoll.
Tajjeb li tkun taf li Doris u Nina jiġu minn xulxin mill-bogħod. Iz-zija ta’ oħt il-mara taz-ziju tas-Sur Ninu Cacciatolo Demajo kienet it-terza kuġina tal-kunjata ta’ ħu l-mara ta’ Mikiel…xi ħaġa hekk…
18 comments:
iiii!!!!
X'gost qed niehu naqra l-blog! Prosit tassew! Bhalissa ma tantx ghandi hin naqra hafna imma ghal Nina u Doris l-hin nsibu!! Specjalment biex inkun l-ewwel wahda biex tikteb kumment!
Problema zghira ghandi pero... jekk rridu nkunu 'annonymous', ghalfejn din il-blog ghanda bicca ta sign li tghid 'this blog does not allow annonymous comments'?:) Kont se nuza l-account tieghi, imma mbaghad hsibt forsi tirrabja mieghi Doris peress li l-account hija tal-blog tieghi u jkun hemm ir-ritratt…
Insomma... lura ghat-typing, printing u l-imqass.
Dejjem taghkom,
L-Istudent Rep
Hajjartuni biex nikkumenta u ghalhekk ktibtilkom poezija li fija hafna feeling ghal hbieb tieghi Nina u Doris:
Lil Nina u Doris jien ili nafhom sew
U issa ma kulhadd qed jissemmew
Daqqa fil-bahar u daqqa max-xufier
Inhoss li qed jghadduha hafna bil-gmiel
mela la darba dahhluna kollha f'kompetizzjoni
Din il-poezija nipprova nikteb b'dedikazzjoni
Lil dawn il-hbieb tieghi li ili naf sew
U li issa anke fuq "blog" qed jissemmew!!
Bl-akbar ghozza
Marchesina
tistaw ittuni hjiel min hi l-istudent rep jekk sirtu tafu ?
u t-tuta min hi? ejja guys tuna ftit ħjiel ħalli nkunu nafu...marchesina nafu min hi. Dan it-titlu ngħatalha llum u ngħaqdet ma' la sua altezza reale u d-dukessina :)
e ok tuta naf min hi .... sewwa sewwa :)
isma dik li ser issir sinjura ghada x nik qed tuza?
hehe...it-tuta matul l-għodwa tkun bilqiegħda fuq ix-xellug tiegħek għażiża marchesina
ferh ta genn qed jaqbadni biex inkun naf min hi l-istudentrep 'lura ghat-typing, printing u l-imqass ' din min hi ?????????????
mela kkalma ftit tuta ħi...din waħda li bħalissa qed taħdem ħafna ... tipprepara, tippjana għax f'dawn is-sitt ġimgħat li ġejjin ser ikollha xi żjajjar importanti.
prosit hi doris, m'hawnx bhalek. Iva jien hi... xejn inqas mill-istudent rep... hawn biex naghtikom rikordju tal-granet sbieh taz- zoghzija! :) Insomma, jien qeghda niehu naqa ghalija ghax min qed jirbah il kompetizzjoni, min qed jinghaqad ma Doris u Nina fl-istejjer u min qed isir parti mill-familja reali u jiena xejn. Imma nahseb ghax ghadni gdida wisq. Imma tinkwetawx mhux se nhallikom tinsewni ta!:) Lura ghat-typing...
l-istudent rep dejjem bl-imqass f'idejha... imissa tghid lil-ommha taghmel xi pudina tal-hobz. Inkunu nistghu nikluha fl'imkien ma Nina fil-karozza ta' Doris.Xi tghidu nies?
il-gwardjan qed jipprova jinki....jekk irid jista' jitla' fil-karozza ta' Doris bil-pudina, bil-pastizzi...biex irid....imma fil-ħolm! :)
HSIBIJIET QABEL IL-PARTENZA
Ta' min jghid li fl-iskola taghna
ebda ticer mhi bahnana
ghalhekk jien dejjem dahqana
x'ferha niehu b'Nina maghna
U xi nghidu meta fsalt
b'Malti pur sabih perlat
titfaccalna Doris is-sbejha
cert li din ma tghidiliex xwejha
Ghaliex Doris faqqatilna
kar ferrari zur minn hawn
issa qalet li gita taghmlilna
bil-pastizzi, x'ferha dawn
jien insellem lilkhom kollha
u lit-twila Ghajn X'Tajn
issa jiena ser nikkrolla
ghax minghajrha ma jhossnix "fine".
kont qed nahseb li Doris u Nina misshom jehduna naraw il-presepji issa li wasal il-milied,
hekk jew b'hekk devoti u haga wahda mal-kappillan!!
Fil-kas jien ghandi f'mohhi min jistaw ikunu l-ghoggieba...
Post a Comment